Tennis: A Sport for everyone (in Maltese)

Tennis għal Kulħadd

It-tennis, skond ix-xjentisti huwa wieħed mill-aħjar sport li wieħed jista’ jilgħab. Hija dixxiplina li tista’ tintlagħab minn eta’ zgħira ta’ ħames snin sa aktar minn hamsa u hamsin sena. Saħansitra hawn minn għadu jilgħab ta’ eta’ il-fuq minn tmenin sena.

Dawn huma ftit mill-ħafna beneficcji:

Għall -tfal bejn il 5 u 9 snin:

Dan l-isport huwa utili mhux biss ghall-esercizzju li tant ghandhom bżonn ta’ kuljum imma ukoll għall-izvilupp psicologiku tagħhom.

 

Għal tfal bejn l-10 u t-18 il-sena:

F’din il-kategorija meta jilgħabu dan l-isport, minbarra li jieħdu pjacir u jagħmlu ezercizzju fiżiku, jagħmlu ħafna ħbieb ġodda. Din id-dixxiplina tgħinhom fl-imgieba tagħhom, b’hekk iżidu il-kunfidenza fihom infushom u generalment tgħinhom immorru aħjar fl-iskola.

 

Għal Adulti bejn it-18 u il-55 sena:

It-tennis huwa sport ipprattikat hafna mill-adulti, għaliex jista’ jiltlagħab bejn 2-4 persuni. Aparti li huwa tajjeb ghas-saħħa fiżika u mentali, huwa anke mezz fejn tista’ tissocjalizza u taqta’ mir-rutina ta’ kuljum.

 

Għal Adulti akbar bejn il-55 il-sena il fuq:

Dan l-isport huwa attivita utili għall-anzjani ghaliex isahhah is-sistema immunitarja u issaħħah l-istruttura tal-għadam u il-muskoli tal-gisem. Il-Mobilita’ tgħin sabiex tevita l-Artrite.

 

Dawn huma ftit valuri li tista’ titgħallem minn dan l-isport:

Kuraġġ u motivazzjoni:

  • Jekk tiffaċċa sitwazzjoni bla’ dubju u biża’, ġeneralment tikseb rizultati aħjar.

Kunfidenza:

  • Meta issir tajjeb fl-isport trabbi kunfidenza f’affarijiet ohra. Saħansitra tipprova affarijiet ohra fil-ħajja li huma aktar difficli.

Perseveranza:

  • Meta tirrepeti xi ħaga kontinwament sejjer eventwalment titgħallimha aħjar u tkun ta’ suċċess. Trid ħafna ħin, paċenzja u dedikazzjoni sabiex titgħallem xi ħaga sewwa.

Jiena nipprova nżomm appuntament ta’ darba fil-gimgha biex nippratika dan l-isport favorit tiegħi. Issa ilni nilgħab il-fuq minn għoxrin sena u sakemm is-saħħa tippermettili sejra nibqa

nilgħab għaliex huwa sport li jagħtini soddisfazzjon. Nistedinkom tagħmlu bħali għaliex żġur li ma’ jiddispjacikhomx.

Fl-Mgarr għandna court kbir adattat u anki court zghir, l-unika wiehed li hawn Malta u clubhouse attrezzata. Għadu kemm ingħaqad kumitat ġdid u sejrin nagħmlu mill-aħjar sabiex noħolqu attivitajiet biex inħeġġu lil kulħadd li jixtieq jilagħab dan l-isport. Qegħdin noffru ‘membership’ b’xejn għas-sena 2015.

Għandna kowċ ġdid professjonali, is-Sur Georgiev Venelin. Sejrin nippjanaw kumpetizzjonijiet għall-adulti u open day għat-tfal. Dawn ikunu imħabbra fuq in-noticeboard li tinsab fejn il-clubhouse u anke fil-facebook page tagħna Mgarr Tennis Club. Nistedinkhom isegwuna.

Suzanne Cutajar

Segretarja Mġarr Tennis Club